Franġisku għadu jgħodd għalina llum?
Aspett importanti li nixtieq nitkellem fuqu dwar Fanġisku huwa il-Fraternita’. Għall-qaddis ta’ Assisi dan l-aspett huwa fondamentali għal kull bniedem. Skond Franġisku Ħuk huwa don – grazzja mingħand Alla. Difatti, Alla ma ħoloqx komunita’ imma Alla ħalaq fraternita’.
X’inhi d-differenza?
Id-differenza hi li komunita’ issejjaħ group ta’ nies li jista’ ma jkollhom ebda’ relazzjoni bejniethom iżda jgħixu flimkien. Nimmaġinaw strada rjali il-Belt fejn tkun mimlija nies imma ħafna minnhom ma jafhux lil xulxien.
Il-Frantenita’ hija differenti. Huma aħwa li jgħixu flimkien. Jekk ninutaw sewwa, Alla, ma joħloqx komunita’ imma joħloq fraternita’ għaliex huwa stess hu Fraternita’ ta’ tlett persuni li jinħabbu eternament. Din l-imħabba fraterna – eterna ħolqot id-dinja. Skond Gregorju Nazijanzenu “l-ewwel verġni hi t-Trinita’. Għalkemm hija mħhabba verġni imma fl-istess ħin hija l-omm tal-umanita’. Huwa għalhekk mela għal Franġisku kull ħlejqa hija oħtu u ħuħ – kif insibu fl-Għanja tal-Ħolqien.
Biss, il-fraternita’ ta’ Franġisku ma tiqafx biss fuq il-ħlejqiet imma fuq kollox fuq il-Ħlejqa per eċċellenza: il-Bniedem maħluq fuq sura u xbieha tal-Fraterinta’ Eterna.
Frangisku meta jiltaq mal-imġiddem fih jara xi ħaġa strordinarja. Fit-testment tiegħu jikteb:
Meta jien kont għadni ngħix fid-dnub, id-dehra ta’ l-imġiddmin kienet għalija wisq morra. U l-Mulej innifsu mexxieni f’nofshom, u jiena wrejt ħniena magħhom. U wara li ħallejthom, dak li qabel deherli li kien morr, inbidel fi ħlewwa għar-ruħ u ghall-ġisem. U wara li qgħadt nitlajja ftit, ħallejt id-dinja. (Test. 1-3)
Il-Qaddis ta’ Assisi kien, bħal ma ħafna minna sal-lum inħossu, jitmerr u jibża mill-ġdiem ta’ dawk il-persuni emarġinat fis-soċjeta. Iżda fejn qeda l-istrordinarjeta’ fix-xena. Franġisku jgħannaq l-imġiddem!
X’hemm daqshekk straordinarju u importanti f’din ix-xena?
Franġisk ma jgħannaqx biss fiżikament lil lebbruż imma jgħannaq lilu nnifsu! Xi rrid ngħid b’dan? Hawn minhiex nitkellem biss fuq il-ġdiem fiżiku imma anke dak psikoloġiku u spiritwali. Mhux dan li jseħħ fina midinbin kull darba li nidimbu – nitilfu s-sura tagħna ta’ bnedmin u ninqatgħu mill-kumplament tal-fraternita’. Id-dnub jitlifilna s-sura tagħna ta’ bnedmin suret Alla u jemarġinana mill-kumplamnet tal-komunita’. Biss Franġisku x’jiġrilu? Franġisk jaċċetta lilu nnifsu kif inhu u bħall-Iben il-Ħali jagħmel esperjenza tal-Ħniena ta’Alla. U x’inhi din l-esperjenza ta’ Ħniena? Illi għalkemm jien midneb Alla xorta jħobbni. Għax Alla ma jħobbnhiex għax aħna perfetti imma Ħu u jħobbna jgħamilna perfetti. La darba nagħmlu din l-esperjenza ta’ mħabba fraterna nkunu kapaċi, bħal Franġisku, nuru ħniena mal-proxxmu tagħna kif insibu wara kollox fit-talba tal-Missierna: “Aħfrilna bħal ma naħfru lil min hu ħati għalina!
Għalħekk għal Franġisku, l-offiżi kontra il-fraternita’ huma offizi kontra il-Paternita’ ta’Alla, li jħobb b’imħabba tal-ġenn l-uliedu.
B’dan nistgħu nifhmu għaliex għal Franġisk hija importanti daqshekk il-Fraternita’. Biss biex wieħed jgħix fraternament mal-oħrajn hemm bżonn l-ewwel jagħmel esperjenza ta’ mħabba paterna sabiex ikun kapaċi jagħżel li jgħix il-vokazzjoni tiegħu ta’ Iben. U għal dan Franġisku kellu bħala mudell lil Ġesu’ Kristu. “Hu li ma qgħadx iqis tiegħu li hu daqs Alla imma tneżża minn kollox u ħa natura tal-lsier” (Fil2, 6).
L-Inkarnazzjoni hija iċ-ċavetta sigrieta sabiex ngħixu il-fraternita’ awtetika. Ġesu huwa ħuna l-kbir li ġie fid-dinja sabiex jurina minn hu Alla – Missier il-Ħnienu u minn hu l-bniedem għalih innifsu – Iben maħbub. Biex jagħmel dan Ġesu’ ingħata ġisem ewkaristiku.
Xi jfisser dan?
Dan ifisser illi ġa minn Betlehem Ġesu sar ewkaristija għalina il-bnedmin. Ewkaristija u Fraternita’ huma koppja indissolubli. Ma nistax ngħix il-fraternita’ mingħajr ma jkolli ġisem Ewkaristiku. Dan jitlob minni għotja totali u bla kundizzjoni għall-ħuti il-bnedmin! Huwa dan li ssiġila Ġesu fuq is-salib. Huwa dan li wettaq f’ħajtu Franġisku. Huwa dan li qed jitlob minna llum sabiex inkunu: ubbidjenti għar-rieda tal-Missier għani fil-ħniena; foqra fost il-fqar bħal ma Kristu ingħata kollu kemm hu għas-salvazzjoni tal-bniedem u kasti bi mħabba fertili li toħloq u s-salva l-fraternita’maħluq għas-saltna tas-smewwiet.
Fra Josef Pace
JIEN, FRA FRANGISK, twelidt fil-belt t'Assisi madwar 800 sena ilu. Ommi, Madonna Pica u missieri, Pietro Bernardone kienu fost in-nies ghonja tal-belt. Dak in-nhar li twelidt missieri nzerta kien fuq xoghol gewwa Franza u fil-maghmudija ommi tatni l-isem ta' Gwanni. Missieri, izda, meta gie lura ried issejjahli Frangisk.
Sa minn ckuniti d-dar ma kien jonqosni xejn, kelli, nista' nghid, kulma xtaqt. Kont nahdem fit-hanut tad-drappijiet ma' missieri u flus kelli kemm irrid. Kont inhobb il-moda u x'nilbes ma kienx lanqas problema, kelli kemm irrid ukoll. Kelli hbieb bla ghadd, tfajliet u guvintur. Kemm konna naghmlu festi, ikliet u parties flimkien! Xtaqt insir kavallier biex nikseb gieh u stima u naghmel isem. Mort ghall-gwerra ... izda fallejt u spiccajt prigunier go cella kiesha fil-habs ta' Perugia. Wara li missieri hallas kemxa gmielha biex nohrog mill-habs, ghaddejt xi zmien wicci 'l fuq f'qiegh ta' sodda. Meta mbaghad ergajt ksibt sahhti beda mill-gdid iberren f'mohhi l-hsieb li nsir kavallier u ghalhekk qtajtha li ninghagad ma' l-armata li kienet qed titwaqqaf dak iz-zmien... izda ghal darb'ohra dak li kont qed infassal jien falla kollox.
Ghaddejt xi zmien qisni ras maqtugha. Ma kontx naf fejn se naqbad naghti rasi, f'mohhi kien iberren biss x'se naqbad naghmel b'hajti.
Ghalkemm deher li kelli kollox u ma kien jonqosni xejn, kont inhoss xi haga nieqsa fit-hajja - ma nafx qattx qralek hekk inti wkoll? Bdejt nara li l-flus ma kinux kollox. Li l-festi u l-parties mal-hbieb ma kinux ihallu ferh tassew f'qalbi. Nghidlek id-dritt: dak il-mument kont inhoss ftit ferh imma mbaghad wara ftit kont nerga' nhoss qisu vojt kbir fija u nerga' l-istess bhal qabel - nahseb tifhem xi rrid nghid?!
Bdejt infittex li ninqata' ghalija wahdi, 'l boghod minn kulhadd. Fil-kampanja ftit 'l barra mill-belt kien kemm knisja nofsha qed taqa' u kont immur hemm ghall-kwiet wahdi. Ma nafx infissirlek, izda hemmhekk tant kont inhoss paci fil-qalb tieghi! Taf int meta tkun imhawwad u tkun qed tfittex x'sa taghmel b'hajtek kemm ikollok bzonn ta' paci! Ghalhekk kont immur ta' spiss hemmhekk u noqghod hemm wahdi quddiem il-kurcifiss ta' San Damjan.
Darba fost l-ohrajn, waqt li kont f'dik il-knisja ckejkna mitluf fit-talb, smajt lehen f'qalbi: "Frangisku mur sewwi l-knisja tieghi li, kif qed tara, qed tiggarraf ".
Ghal bidu hsibt li l-Mulej ried li nsewwi l-gebel tal-knisja li kien qed jaqa', allura x'ghamilt? Mort bla telf ta' zmien fil-hanut ta' missieri, hadt ftit drapp u mort inbiegh kollox; b'hekk hsibt li jkolli biex nixtri l-gebel u dak kollu mehtieg ghat-tiswija tat-knisja, u ntfajt ghax-xoghol.
Missieri kien qed ifassal pjanijiet ohra ghalija u ghalhekk ma setax jifhem dak hi kont qed naghmel u ried hi jien nerga' hura d-dar. Izda meta ra hi jien kont sod fil-fehma tieghi sahan mhux ftit u bil-qawwa kollha talabni nroddlu lura l-flus li kont dahhalt mill-bejgh tad-drapp. M'ghandniex xi nghidu, kelli naghtih kollox lura u mhux biss... Izda nzajt u tajtu wkoll il-hwejjeg ta' fuqi, quddiem kulhadd u quddiem l-isqof li kien pront ghattieni bit-kappa tieghu biex jostor l-ghera tieghi.
Minn dak inhar tfajt fuqi libsa fqira lewn l-irmied, dawwart habel ma' qaddi u nghatajt kollni kemm jien biex inwettaq biss dak li jrid Missierna li qieghed fis-smewwiet.
Ghall-ewwel meta hallejt kollox: id-dar, il-genituri, ix-xoghol, il-flus, il-hbieb u kull ma kelli, biex inkun kollni kemm jien ta' Alla, hsibt li kont se nghix ghalija wahdi... Izda l-Mulej tani hafna ahwa. Tani ghadd ta' zghazagh bhalek biex huma wkoll jimxu wara Gesù u jghixu bhali skond il-Vangelu.
Nixtieq inkompli naqsam mieghek u nipprova nfissirlek x'ferh u x'paci gabet f'qalbi l-IVA li ghidt ghas-sejha li ghamilli l-Mulej, izda ghalissa nieqaf hawn.
Minn dan li qsamt mieghek nahseb stajt tintebah li wara kollox jien kont zaghzugh normali bhal kull zaghzugh iehor. Kelli n-nuqqasijiet tieghi u kelli nhabbat wicci mal-problemi li ggib maghha l-hajja bhal kull bniedem iehor. Bhal hafna ohrajn qabli u ghadd ta' ohrajn warajja, fittixt it-twegiba fil-Mu1ej, sibtha u bl-ghajnuna tieghu stess stajt nghidu Iva.
Nieqaf hawn. Niringrazzjak mill-qalb tal-hin li tajtni biex stajt niftah qalbi mieghek. Nghid grazzi kbir ukoll 'l Alla ghax waqt li kont qed naqsam dan mieghek hassejt li Alla tani rigali, iva. tani lilek bhala habib gdid tieghi.
Habib, jien min-naha tieghi nwieghdek li nitlob hafna ghalik biex il-Mulej jaghtik id-dawl biex tkun tista' taghraf xi jrid minnek u biex ikollok il-kuragg tghidlu Iva.
FI-ahharnett, jalla l-Mulej ibierkek u jharsek. Jurik is-sebh ta' wiccu u jkollu hniena minnek. Idawwar harstu lejk u jaghtik is-sliem.
Tieghek.
Frangisku
________________________________________________________________________________
Messaġġ ta' Paċi
Franġisku t'Assisi kien bniedem ta' paċi. Fi żmien meta l-uniku kuntatt bejn l-insara u il-musulmani kien mdemmi, Franġisku jmur għand is-Sultan u jitkellem miegħu b'sempliċita' kbira tant li San Bonaventura jgħidilna li s-Sultan ta' Babilonja ħa pjacir jisimgħu. Jingħad ukoll li taħ rigal, qarn li illum huwa miżmum fil-Bażilika ta' San Franġisk ġewwa Assisi.
It-talba attribwita lilu "Mulej għamilni strument tal-paċi tiegħek" tqaxxar dan l-attribut sabiħ tal-fqajjar t'Assisi.
Illum qed nippreżentawielek moqrija mill-għażiż Fr Tonio Mifsud u ta' dan inroddu ħajr lil Radju Marija. L-immaġni huma siltiet mill-Film Francesco e Chiara ta' Fabrizio Costa.