L-Appostlu jgħid: Ħadd ma jista’ jgħid: "Ġesù hu l-Mulej" jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu s-Santu (1Kor 12:3). U: ħadd ma hemm li jagħmel is-sewwa, lanqas biss wieħed (Salm 53:4)!
Għalhekk, kull min jgħir għal ħuh minħabba t-tajjeb li l-Mulej jgħid jew jagħmel fih, ikun ħati tad-dnub tad-dagħa, għax hu jkun qed jgħir għall-Aktar Għoli nnifsu (Mt 20:15), li jgħid u jagħmel it-tajjeb kollu.
San Franġisk t'Assisi