Biex tista’ tiftaħar?
Anki li kien tant jilħaqlek u għaref, u kellek il-għerf kollu, u taf tfisser l-ilsna kollha, u tgħarbel il-ħwejjeġ tas-sema b’tant sengħa, ma kienx ikollok biex tiftaħar. Għax anki jekk wieħed jirċievi mingħand il-Mulej għerf speċjali ta’ l-ogħla għerf, Xitan wieħed, jaf dwar il-ħwejjeġ tas-sema, u jaf aktar dwar il-ħwejjeġ ta’ l-art, aktar mill-bnedmin kollha.
Bl-istess mod, jekk inti aktar gustuż u għani minn kull wieħed ieħor, anki kieku kellek tagħmel il-mirakli u tagħmel li x-Xitan jaħrab: dawn il-ħwejjeg kollha jkunulek ta’ ħsara, xejn m’hu tieghek, u ma tista’ tiftaħar b’xejn b’dawn il-ħwejjeġ.
Imma nistgħu niftaħru b’ħaġa waħda biss: b’dak li hu dgħajjef fina, u li nġorru kuljum is-salib tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.
San Franġisk t'Assisi