San Rufino
Il-knisja nbniet biex tilqa fiha l-fdalijiet ta’ San Rufino. Dan il-Qaddis, l-ewwel isqof ta’ Assisi kienu tawh il-martirju lejn is-sena 412 fuq ix-xatt tax-xmara Chiascio f’post jismu Costano fl-inhawi tal-Bastia Umbra.
Il-bini tal-Knisja beda fl-1140. Il-faccata li tlestiet fis-seklu XIII hija maqsuma fi tlett partijiet. L-ewwel u t-tieni huma mifrudin minn arkati zghar u dak ta’ fuq fih ark gej ghall-ponta. Il-parti t’isfel ghandha tlett bieben. L-akbar u l-isbah huwa bla dubbju dak tan-nofs, imzejjen b’figuri allegorici mehuda mill-Apokalissi. Ghandu wkoll zewg iljuni skolpiti fil-gnub jharsu d-dahla. Fil-logg tal-bieb hemm il-figura ta’ Kristu fuq it-tron bejn ix-xemx u l-qamar b’San Rufino u l-Madonna bil-Bambin fuq kull naha. Fil-parti tan-nofs hemm tlett twieqi tondi. Dik tan-nofs hija maghmula minn tlett crieki u biex iharsuha hemm is-simboli ta’ l-erba Evangelisti. Mal-faccata hemm ukoll Torri tal-Qniepen, li nbena fuq il-fdalijiet tal-bazilka li kien hemm qabel u fuq ic-cisrena rumana. Ghad-dell ta’ dan il-Kampnar hemm binja li jinghad li kienet id-dar fejn ghexet Santa Chiara. Imma mhux kulhadd izomm din il-fehma.
Minn gewwa il-Katidral tilef l-istil romaniku original tieghu biex jaghti wisa`ghall-binja gdida bi stil rinaxximentali li sar fis-sena 1571. Minn gewwa l-Katidral ghandu tlett navati maqsuma b’pilastri, bil-koppla fuq il-presbiterju u b’kor ta’ l-injam interzjat fuq in-naha ta’ wara. Fuq il-lemin hemm il-kappella tas-sagrament fi stil barokk. Fil-Bazilka hemm mizmum il-fdal ta’ San Vitale. Fuq ix-xelluq ta l-apside hemm il-kappella tal-Madonna del Pianto, skultura fit-terracotta tal-Pieta', din, izda hija kopja minhabba li l-orignali instreqet.
Il-Katidral ta’ Assisi huwa maghruf l-aktar ghal fonti tal-maghmudija li hemm kif tidhol fuq il-lemin. F’dan il-fonti ircevew il-maghmudija San Franġisk (1182) Santa Klara (1193), San Grabriel ta’ l-Addolorata (1838) u l-ewwel shab li twiedlu f’Assisi kemm ta’ Frangisku u kemm ta’ Klara. Kien hawn li c-ckejken Frangisku kien jigi mharreg fil-fidi f’ghaqda ma’ l-isqof Gwido u mac-cittiadini ta’ Assisi.
Kien ukoll f’dan il-Katidral li Frangisku kien jingabar biex ixandar il-Vangelu bi kliem semplici imma b’mod li jmiss il-qlub ta’ kull min jisimghu. Fuq il-lemin tal-Katidral hemm l-oratorju ta’ San Frangisk, li nizel ghalih bit-tarag. Hawn San Frangisk kien jingabar jitlob kull darba qabel ma kien jibda jippriedka. Il-Mulej sejjah whud mill-Kanonci ta’ San Rufino biex jinghaqdu ma’ Frangisku bhala segwaci tieghu.