Bażilika Superjuri
Is-sbuhija tal-faccata tal-Bazilka ta’ fuq qieghed fis-semplicita` taghha. Hija maghmula b’gebel abjad u hija maqsuma fi tlett partijiet. Fil-parti l-isfel hemm bieb gotiku doppju, jixbah li dak tal-Bazilka t’isfel. F’parti tan-nofs hemm ruzun, tieqa kbira tonda f’ghamla ta’ xemx li ddawwal, simbolu ta’ Kristu “li gie jzurna bhal zjara tax-Xemx tiela”. Infatti ta’ min isemmi, li filwaqt li l-knejjes kollha ta’ Assisi ghadhom il-faccata thares lejn il-puntent, il-faccata ta’ din il-bazilka thares lejn il-lvant proprju minn fejn titla` x-xemx. Ir-ruzun huwa msebbah bis-simboli ta’ l-erba' evangelisti skolpiti madwaru. Il-parti ta’ fuq hija forma trijangulari b’tieqa tonda zghira fin-nofs. Fuq ix-xellug hemm logga ckejkna msaqfa b’koppletta. Fuq wara mal-genb, in-naha tax-xellug hemm il-kampnar romaniku dritt u gholi li tlesta fl-1239.
Minn gewwa l-Bazilka hija Gotika forma ta’ salib b’navata wahda gholja maqsuma f’erba`gruppi ta’ hnejjiet li jserrhu fuq pilastri dojoq u twal, b'zewg transetti u b'abside. Waqt li l-Bazilka t’isfel kienet mahsuba bhala l-qabar ghal San Frangisk u ghandha dehra kemm xejn imdallma, din kienet mahsuba li turi il-Glorja ta’ Kristu mqajjem mill-imwiet u ghalhekk hija aktar imdawwla. Fil-Bazilka hemm tmienja u ghoxrin tieqa kbira bi hgieg kulurit, li huma fost tal-bidu li saru f’din ix-xorta. Mal-hitan minn naha ghall-ohra u minn isfel ghal fuq, kif ukoll is-saqaf minn tarf ghall-iehor huma miksija b’metri bla ghadd ta’ affreski mpittra mill-awqa mghallmin ta’ dak iz-zmien. Fil-parti ta’ fuq hemm xeni mehuda mill-Iskrittura. Fuq il-lemin hemm xeni mit-Tesment il-Qadim u fuq ix-xellug b’xeni mit-Testment il-Gdid. Hemm ukoll tmienja u ghoxrin affreski l-gmiel taghhom b’episodju mehuda mill-hajja ta’ San Frangisk, kapolavur ta’ Giotto.
Fit-transetti hemm affreski b’xeni marjani, apostolici u apokalittici. F’dak tax-xellug hemm affreski attributi lil Cimabue fosthom il-Krucifissjoni ta’ Kristu, bl-angli jibku u bi grupp ta’ nisa taht is-salib li maghhom hemm San Frangisk jghannaq is-salib. Hasra, izda, li dawn l-affreski ta’ Cimabue waslu ghandna fi stat rovinat minhabba l-process kimiku li garrbu l-kuluri. Malli thares lejhom illum tarahom qiesek qed tara negattiva ta’ ritratt. Fit-transett l-iehor hemm affreski ohra attributi lil Maestro Oltremantano, meghjun minn Jacopo Torriti. Fost dawn l-affreski hemm dik tal-Krucifissjoni ta’ Kristu u t-tislib ta’ San Pietru.
Fl-abside hemm impittra xeni marbutin mal-hajja tal-Vergni Marija. Fic-centru ta’ l-abside hemm it-tron papali u l-kor kbir ta’ l-injam, li jkompli sejjer mal-hitan tat-transetti. Il-kor ghandu 102 post jew stalla, li fuqhom hemm xoghol ta’ interzjar fl-injam b’figuri tal-Madonna u ta’ Qaddisin frangiskani xoghol sabih ta’ Domenico Ondovini.
Ic-centru tal-Bazilka huwa l-presbiterju bl-altar tac-celebrazzjoni. L-altar originali kien ikkonsagrat mill-Papa Innocenz IV f'April ta' 1253. Dan l-altar iggarraf bit-terrimot tas-26 ta’ Settembru 1997, kif gralhom partijiet mis-saqaf li waqghu u saru frak. L-altar sar mill-gdid u hallas ghalih il-Papa Gwanni Pawlu II. Gie kkonsagrat mill-gdid f’Novembru 1999, sewwa sew qabel ma bdiet is-Sena tal Gublew 2000.
Parti mis-saqaf, dak bl-affresk ta’ San Gerolamo ta’ Giotto wara xoghol ta’ reqqa li sar biex instabu l-bicciet, rega` twahhal fil-post f’Settembru 2002, f’gheluq il-hames anniversarju tat-terrimot.