In-Novizzjat huwa żmien intens ħafna fejn min ikun iddeċieda għall-ħajja reliġjuża jidħol fil-profondita’ ta’ dik li hija il-Ħajja Franġiskana. B’mod intens u profond tiġi studjata ir-regola ta’ San Franġisk. Il-kandidat jiġi mħejji sewwa għall-voti reliġjużi; Faqar, Kastita’ u Ubbidjenza li jiffurmaw l-identita’ tal-Vokazzjoni Reliġjuża flimkien mal-ħajja fil-komunita’. Normalment in-Novizzjat isir f’Assisi fl-Italja. Kif jintemm dan iż-żmien in-novizz jagħmel l-ewwel prpfessjoni tiegħu u jwiegħed li jgħix il-Ħajja u r-Regola ta’ San Franġisk fi ħdan l-Ordni Franġiskan għall-sena.
In-novizzjat jibda b'ċelebrazzjoni sempliċi imma profonda; fiha in-novizzi jiġu mogħtija it-tonka Franġiskana. Kienet din il-libsa li rċevew in-novizzi maltin nhar is-Sibt, 10 ta' Settembru fil-Bażilika inferjuri ta' San Franġisk t'Assisi flimkien ma' 9 novizzi oħra minn pajjiżi differenti.
Aħna nwiegħdu lil Robert u lil Michael it-talb tagħna f'din is-sena tant importanti għall-ħajja KKonsagrata.