Wara li wieħed ikun ikkonfronta l-għażla tiegħu mal-parir tal-akkumpanjatur spiritwali, ma jkun fadallu xejn x’jagħmel għajr li jqiegħed fil-prattika dak li jkun għaraf bħala r-Rieda ta’ Alla. Hekk kien jagħmel San Franġisk. Meta sar jaf biċ-ċar li Alla ma ridux jgħaddi ħajtu bħala eremit, “… qam malajr, xeħet fuqu l-libsa (Ġw 21:7) u bla ma qagħad jitnikker xejn, telaq għal għonq it-triq”[1] jippriedka.
[1] San Bonaventura, Il-Leġġenda Maġġuri, kap 12.