San Massimiljanu Kolbe

        Il-martri tal-imħabba

         L-Ordni tal-Minuri Konventali jifrah fuq li jifrah ghax minn hdanu hargu bosta qaddisin, uhud dikjarati Beati u Qaddisin, waqt li ohrajn huma meqjuma fil-qlub tà dawk li ghexu maghhom, fil-memorji tà dawk li gew edifikati mill-ezempji tagghom, ta’ dawk li fihom raw Kristu iehor u permezz taghhom daqu bicca minn Alla. L-Ordni jifrah, il-Knisja tifrah b’dawn il-fuguri ghax taghraf li kull qdusija ġejja minn Alla, li Alla kapaċi jagħmel ħwejjeġ kbar fil-ħajja ta’ dawk li jiftħulu l-bieb  ta’ qalbhom beraħ u jħalluh jaħdem fihom u bihom.

         Minn fost il-Frangiskani Konventwali gie ddikjarat qaddis, fl-10 t’Ottubru 1982, il-martri tà l-imhabba San Massimiljan Marija Kolbe.

         Rajmondu Kolbe twieled f’Jannar tà l-1894 fi Zdunska Wola, fil-Polonja. It-tieni wild minn hamsa tà Julius Kolbe u Maria Dabrowska. Il-familja Kolbe ma kinetx xi familja sinjura u ghalhekk kellhom jiccaqalqu minn Zduska Wola ghal Pabjanice bit-tama li jkollhom futur ahjar.

         Fi tfulitu Rajmondu ma kienx xi anglu. Kien tifel normali, kultant kapaci jkun imqareb. Xi drabi kien haqqu xi ghajta minghand ommu ukoll ! Darba hekk gara, tirrakonta ommu ; ghamel xi haga li ma kienx jisthoqqilha tifhir u ommu b’ton ahrax qaltlu : « Ma nafx x-għad isir minnek ! » Din id-domanda skussatu u mar jitlob quddiem l-istatwa ta’ Marija : « Madonna, Ommi ma tafx x’ghad isir minni ». Ommu tghid li l-Madonna wegbitu b’dan il-mod ; dehritlu b-żewġ kuruni f-idejha; waħda ħamra (martirju) u waħda bajda (safa). Marija stednitu jaghżel wahda minnhom u hu jagħżilhom it-tnejn. Dwar din il-vizjoni ma nistgħu ngħidu xejn għax hu qatt ma qal xejn. Pero’ mill-kitbiet tiegħu nindunaw li Massimiljan verament xtaq isir qaddis u xtaq imut martri. Massimiljan irnexxielu, bil-grazzja t’Alla jiskopri is-sejħa għal-qdusija: « Irrid nsir Qaddis, Qaddis kbir , kulħadd jista’ jsir qaddis basta jkun irid ». « Ma, itlob li mmut martri » .

        Fl-1907, Rajmondu u huh il-kbir Frangisku iddecidew li jidhlu mal-Frangiskani Konventwali. Ghalhekk bdew jistudjaw fis-seminarju tal-Frangiskani f’Lwow. Fl-1910 Massimiljan beda n-novizzjat. Bhal missieru Frangisku t’Assisi, Massimiljan thajjar jinghaqad mal-armata biex jghid lil mahbuba art twelidu. Matul in-Novizzjat gieh id-dubju kif jistà jaqdi b’mod tassew fidil lil Knisja u fl-istess hin ikun tà servizz ghall-Polonja. Fittex u staqsa jekk dawn iz-zewg affarijiet setax iwettaqhom fi hdan il-Konventwali. Kella tkun ommu li iccaratlu l-affarijiet. Kelma soda ta ommu u Rajmondu jaghmel il-professjoni semplici fl-1911 fejn jigi moghti l-isem ta Massimiljan. Iktar tard, fil-professjoni solenni fl-1914 jigi mizjud l-isem Marija, sinjal car tad-devozzjoni u l-imhabba lejn Marija Santissima.

         Bejn l- 1912 u l-1919 studja Teologija u Filosofija f’Ruma. Waqt li kien Ruma ghall-istudju, Massimiljan, frangiskan zghazugh, anqas biss ghadu ordnat sacerdot jassisti ghal ‘dimostrazzjoni’ tal-Mazuni. F’din id-dimostrazzjoni il-mazuni kellhom standard li kien igib ix-xbieha tà San Mikiel mirbuh minn Satana. Il-Mazuni ghajtu kliem tà daghha lejn it-tieqa tal-Papa u instemmghu jghidu li x-xitan ghad isaltan fil-Vatikan u l-Papa ghad ikollu jaqdih.

        Ovvjament dal-kliem lil Massimiljan qanqlu u iddecieda li jaghmel xi haga! X’jaghmel hu patri zghazugh marradi? Minn fejn seta jsib l-ghajnuna biex Gesù jkun maghruf u mahbub? Marija! Marija ghal Massimiljan hija t-triq zgura ghal ghand Gesù, ghalhekk ma nistghagbux li fl-1917 flimkien ma 6 patrijiet ohra, f’isimha, waqqaf l-armata tà l-Immakulata. L-ghadu: ix-Xitan; l-Armi: It-talb, il-komunità, l-imhabba, il-midalja mirakuluza. Massimiljan ihoss li Marija kif darba ghafget ras is-serp, tistà terga taghmel l-istess u hu lest li jghina, lest li jikkonsagra lilu innifsu kollu lilha sabiex kulhadd isir jaf min hu Gesù, jaghrfu u jhobbu.

        Massimiljan kien jemmen li “Hemm bzonn li l-Immakulata tidhol fil-qalb tà kull bniedem u dan sabiex tkun Hi li hemm twaqqaf it-tron tà l-Iben t’Alla.” U dan huwa l-iskop tal-Milizzja tà l-Immakulata, li kulhadd isir jaf lill-Immakolata u hi twassal il-qalb tà kull bniedem ghal ghand Gesù. L-imhabba li Massimiljan ghandu lejn Marija mhix ta’ wiehed teologiku, maqtugh mir-realtà, imma imhabba tà tifel. Infatti hafna drabi, P:Massimiljan lil Marija jsejhilh “Ma”.

        Sena wara li waqqaf il-Milizzja tà l-Immakulata, Massimiljan gie ordnat Sacerdot. Kien proprju t -28 t’April. Ovvjament kien mimli hegga biex jibda, jew ahjar ikompli jahdem favur l-Immakulata imma sahhtu ma ttiehx, infatti jimrad serjament bit-tuberkolozi, marda li tkompli taghtih problemi tul hajtu kollha. Fl-1919 jirritorna l-polonja, u t-tobba jiddikrawh inkurabli. Pulmun minnhom niexef u l-iehor minsus ukoll mil-marda. Però dan ma jaqtalux qalbu. F’Jannar  tà l-1922 johrog l-ewwel numru tar-Rivista il-Kavallier tà l-Immakulata. Il-kunvent fejn kien jghix, Grondo jinbidel fi stamperija u in-numru tar-rivista wasal jilhaq 70, 000 kopja.

        Il-htiega tà iktar spazju kienet kull ma jmur tinhass u ghalhekk Massimiljan thajjar jbiddel il-post, did darba kellu f’mohhu jibni kunvent u jiddedikah lill-Immakulatam. Mhux kunvent biss imma belt! Ghalhekk il-patrijiet hallew Grondo u bdew jibnu kunvent gdid vicin Varsavja. Fit-8 tà Dicembru il-patrijiet setghu joqghodu fil-kunvent il-gdid li gie moghti l-isem tà Niepokalanov, isem polakk li jfisser Belt tà l-Immakulata. Massimiljan car hafna mal-patrijiet, jixtieqhom jghixu fil-faqar, fi spirtu Frangiskan, imma jriduhom juzaw l-ahjar teknologija ghall-Immakulata.

        Haga tà l-ghageb fi ftit snin Niepokalanov isir l-ikbar kunvent fid-dinja. Fl-1939, Niepokalanov tghodd 762 persuna; 13 –il sacerdot, 18-il Novizz, 527 patri, 122 zghazugh fis-seminarju Minuri u 82 kandidat ghas-sacerdozju. Il-patrijiet ma kienux b’idejhom fuq zaqqhom; kienu tobba, dentisti, bdiewa, mekkaniks, hajjata, benejja, skrapan, stampaturi u gurnalisti, infatti fil-belt tà l-Immakulata, Massimiljan waqqaf ukoll ir-radju tal-patrijiet. Il-kunvent enormi kien jzomm fuq saqajh bil-hidma u l-qligh tal-patrijiet. Il-Kavallier tà l-Immakulata issa jghodd 750,000 kopja fix-xahar.

        Marradi, imma qatt ghajjien, fl-1930, Massimiljan jerhiela ghal Gappun biex hemm ukoll iwaqqaf kunvent iddedikat lill-Immakulata li din darba jsemmieh Mugenzai no sono, il-Gnien tà l-Immakulata. Xahar wara li l-patrijiet waslu il-Gappun, Massimiljan kien ga ippublika l-ewwel harga tal-Kavallier tà l-Immakulata bil-lingwa gappuniza. Interessanti li Massimiljan waqt li kien fil-Gappun ma pruvax jimponi l-ideat religjuzi tieghu Ewropej, anzi dahal fi djalogu mal-Buddisti u jrexxielu jsir habib tà xi whud minnhom.

        L-ispirtu tà Massimiljan ma kienx tac-cajt. Zar Malabar, kif ukoll is-Siberja u Moska, dejjem bix-xewqa li l-mesagg tà Gesù permezz tà Marija jasal kull fejn kien ghadu ma wasalx. Fl-1936 halla il-Gappun u irritorna fil-Polonja, kull ma jmur iktar marradi.

Il-gwerra kienet fil-bieb u ovvjament li kunvent kbir bhal Niepokalanov ma setax ma jkunx il-mira tan-Nazisti. Fit 13 tà Settembru 1939, il-kunvent gie okkupat minn nazisti u l-patrijiet mehuda il-Germanja. Fosthom kien hemm Patri Kolbe, li però gie mehlus fit-8 tà Dicembru (Festa tà l-Immakulata Kuncizzjoni) tà l-istess sena. Hekk kif irritorna Niepokalanov Massimiljan beda tip tà xoghol gdid. Biddel il-kunvent f’rifugju ghal 3,000 polakk, 2,000 minnhom Lhud.

         Din il-hidma ghenet biex il-Belt tà l-Immakulata tergà tkun taht assedju u filfatt fil-bidu tà l-1941 gie arrestat u mehud fil-habs ta Pawiak, f’Varsavja. Kontra qalbu kellu jinza it-tonka Frangiskana u flokha jilbes l-uniformi tal-prigunieri. Fit-28 tà Mejju Patri Kolbe gie mehud fil-kamp tà Koncentrament tà Auschwitz. Issa kien il-prigunier numru 16670. Hemm intlaqa mill-ewwel mill-mibghieda tal-komandant Krott li tant ma kienx jistà ghalih tant li kien jara kif jaghmel sabiex ikiddu iktar mill-ohrajn b’xoghol iebes. Darba ghabbieh b’tghabija tqila u geghlu jigri biha. Kif wiehed jistenna il-Frangiskan ma felahx u waqà bit-tghabija. Krott qabad itih sakemm tilfu minn sensieh.

         Minkejja dan kollu Massimiljan ghex dan kollu b’dinjità sa l-ahhar mument tà hajtu. Hawn hu l-mod tà l-ghageb kif dan il-qaddis offra hajtu. Lejn l-ahhar tà Lulju tà l-1941, wiehed mill-prigunieri li kien fi Blokk 14 mà Massimiljan harab. Issa il-ligi tal-kamp kienet tghid li ghal kull wiehed li jahrab u ma jinstabx, ghaxra kellhom imutu bil-guh minfloku. Il-prigunieri kollha tà kamp 14 gew mahruga fil-bitha. Il-Kmandant Fritsch ghadda minn go nofshom u beda jaghzel minn kellu jinghat a il-piena tal-mewt. Wiehed mill-prigunieri, Frangisku Gajowniiczek maghzula ghal-mewt beda jolfoq u jghid: “Miskina marti, msieken uliedi”!

         Dak il-hin Massimiljan ghamel pass il-quddiem lejn il-Kmandant Fritsch. “Xi trid hanzir polakk?” “Immut minflok dak il-prigunier”, wiegeb patri Massimiljan. “Ghaliex?” “Jien issa anzjan u marid, irrid immut minflok dak il-prigunier li ghandu mara u t-tfal x’jiehu hsieb”. “Min int”? “Jien Sacerdot Polakk.” Il-Kmandant acetta. Il-prigunieri gew mibghuta fil-bunker biex imutu bil-guh. Massimiljan kompla jahdem. Mic-cella fejn kienu mitfunin hajjin kien jinstemà kuljum talb u kant. Irnexxielu jibdel ic-cella tà l-infern f’kapella, f’genna!

        

Fl-14 t’Awissu, Massimiljan u tlieta ohra kienu ghadhom hajjin, però kien hemm bzonnn tac-cella. Ghalhekk Fritsch baghat lit-tabib tal-habs sabiex b’injenzjoni aciduza jtemmilhom hajjithom. Kolbe kien l-ahhar wiehed li gie injettat. Jirrakonta wiehed mill-gwardji tal-Habs, Borgoviec: “Mitluf fit-talb, newwel drieghu lill-bojja. Jien ma flahtx u tlaqt ‘il barra. Mort lura iktar tard u sibtu hemm bilqieghda, mistrieh mal-hajt u rasu immejla lejn ix-xellug. Ghajnejh miftuha berah iharsu ‘l fuq”.

         Kien propju l-14 t’Awissu, lejleit il-Festa tà Marija mtellà s-sema. Hekk kif intemmet il-gwerra u gew mehlusa il-prigunieri, il-grajja tà dan il-patri qalbieni griet mad-dinja kollha. Waslet ukoll Ruma u hekk fis-17 t’Ottubru tà l-1971 Massimiljan Kolbe jigi iddikjarat Beatu mill-Papa Pawlu VI u fl-10 t’Ottubru 1982, il-Beatu Massimilja Kolbe jigi ikkanonizzat minn Gwanni Pawlu II bhala qaddis martri tà l-imhabba u “patrun tà dan is-seklu difficli”, ghax “imhabba akbar minn din ma hemmx, li wiehed jaghti hajtu ghal-hbiebu”.