San Frangisk u d-diskors tal-Muntanja - Michael Grech
Il-Fqajjar Franġisku t’Assisi b’rabta sħiħa mal-Bejatitudnijiet.
Il-Knisja matul iż-żminijiet dejjem poġġitilna mudelli ta’ kif in-Nisrani għandu jgħix. Dawn huma l-Qaddisin li wara kollox huma għexu fuq dak li Ġesu’ wettaq u għallem matul ħajtu. Wieħed mill-aktar diskorsi importanti li Gesu’ ghamel fil-ħajja tiegħU insibuh fl-Evanġelju ta’ San Mattew minn kapitlu 5 sa Kapitlu 7. Dan id-diskors huwa magħruf aktar bħala d-diskors tal-muntanja. Hawnhekk Hu jitkellem fuq dak li għandu jagħmel il-bniedem fuq din l-art biex jsalva ħajtu. Ġesu jiftaħ dan id-diskors billi jagħtina l-liġi l-Ġdida li huma proprju il-Bejatitudnijiet.
Dawn il-barkiet għexuhom f’ ħajjithom il- Qaddisin. Wieħed mill-qaddisin il-kbar tal-Knisja li mexa fuq dawn il-bejatitudnijiet kien San Franġisk t’Assisi. Franġisku ingħata kollu kemm hu lil Alla u għalhekk ma sabiex bi tqila biex jibni ħajtu fuq dawn il-Bejatitudniejit.
Fost l-aktar barkiet li laqtuni lili fil-ħajja ta’ Franġisku hemm l-ewwel wahda ; «Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet». Din il-barka titkellem fuq il-faqar spiritwali. Il-faqar hemm żewġ modi ta’ kif wieħed jgħixu. Hemm il-faqar li nkun nieqes mill-affarijiet materjali u hemm il-faqar li tghix fis-sempliċita’ u bl-essenzjal. Dawn iż-żewġ tipi ta’ faqar jwassluna biex ngħixu ħajja hienja fi Kristu. Franġisku għexu dan il-faqar. Għalkemm hu kien mogħni bl-affarijiet materjali peress li kien iben Pietru ta’ Bernardone, merkant tal-ħwejjeġ huwa għaraf jgħix il-faqar. Dan il-faqar ried ukoll li jgħixuh il-komunita ta’ aħwa li hu waqqaf. San Franġisk wera il-hegga li kellu li jghix il-faqar meta hu neża ħwejġu kollha quddiem l-isqof ta’ Assisi u ċaħad dak kollu li hu materjali, u wara li telaq lil missieru mar libes xkora u waqqaf l-ewwel familja Franġiskana.
Bejatitudni oħra li lili laqtitni ħafna f’San Franġisk hija; «Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla». San Frangisk hadem ghal paci fi zminijiet mqallba ta’ zmienu tant li talab li tinghata l-indulġenza plenarja lil dawk li kienu qiegħdin jiġġieldu għall-artijiet imqaddsa. Frangisk, hadem ukoll ghal paci fil-qlub li tigi mill-fejqan u il-mahfra tant li darba minnhom waqt li kien qed jitlob fil-Pozjunkola, Frangisku kellu dehra li fiha talab lil Gesù u Marija l-maħfra tad-dnubiet ghall-midinbin niedma.
Hu saħansitra mar quddiem il-papa biex tinagħta din l-indulġenza u fl-aħħar din ingħatat. San Franġisk jibqa’ magħruf għall-paċi ukoll bit-Talba tal-Paċi «Mulej ghamilni strument tal-paci tieghek » attribwita lilu !
San Franġisk hu mudell għan-Nisrani. J’ Alla nsiru dejjem nixbħuh !!
Paċi
Michael Grech