It-Taw Franġiskan - Il-firma ta' San Franġisk
kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv
San Frangisk kellu ghal qalbu s-sinjal tat-TAW (jew Tau). Tara hafna zghazagh u mhumiex, b’dan is-sinjal tat-“Taw” forma ta’ l-ittra “T”, generalment ta’ l-injam jew ta’ xi materjal iehor imdendel b’lazz ma’ ghonqhom. Hafna jistqasu: x’ifisser dan is-sinjal?
Dan it-“taw” jifakkarna fl-ghamla tas-salib ta’ Kristu u jekk inqallbu ftit l-Iskrittura nsibu li dan is-sinjal ghandu valur ta’ fidwa u ndiema.
It-Taw sinjal ta’ helsien
Fil-kapitlu 9 tal-ktieb ta’ Ezekjel jirrakkonta kif il-Profeta waqt vizzjoni li kellu sema lehen jaqta’ s-sentenza tal-mewt ghal dawk kollha li jghammru f’Gerusalemm. “Mbaghad il-Mulej sejjah ragel liebes l-ghazel, li kellu l-mehtieg ghall-kitba fuq genbu u qallu: ‘Ghaddi minn nofs il-belt, minn nofs Gerusalemm, u aghmel il-Makra “TAW” fuq gbin dawk li ssibhom jitniehdu u jitbikkew minhabba l-qzizijiet kollha li jsiru fiha’” (Ezek 9:4). Hadd ma kellu jehles mill-qerda tal-mewt, la x-xjuh, u la zghazagh, xebbiet, tfal, irgiel jew nisa – kollha kellhom imutu sa l-ahhar wiehed. Imma kellhom jinhelsu biss “dawk li ghandhom il-marka ‘Taw’ fuq gbinhom” (9:6).
Fil-ktieb ta’ l-Esodu, meta l-Mulej ried jaghmel haqq mill-poplu tieghu Israel, li kif nafu kien mizmum b’ilsier tal-farghun fl-Egittu, ried li jigu salvati mill-qerda dawk kollha li kellhom il-gnub u l-blata tal-bieb ta’ djarhom “immarkati” bid-demm tal-haruf. “Id-demm ikun bhala ‘sinjal’ taghkom fuq id-djar fejn tkunu u jien x’hin nara id-demm nibqa` ghaddej.” (Ez 12:13). Dan id-demm kien diga` figura tad-demm imxerred minn Kristu fuq is-salib.
Fil-ktieb ta’ l-Apokalissi insibu lill-Mulej jghajjat lill-erba’ angli li lilhom kienet inghatat is-setgha li jaghmlu l-hsara lill-art u lill-bahar “… taghmlu hsara lil hadd, la lill-art u lill-bahar, anqas lis-sigar, qabel ma nkunu ‘stampajna s-sigill’ fuq il-gbin tal-qaddejja ta’ Alla taghna” (Ap. 7:3).
Minn dawn it-testi jidher l-ewwel tifsir simboliku tat-“taw”. Mir-riflessjoni ta’ dawn it-testi johrog li l-Mulej jehles minn kull hsara jew qerda lil dawk l-qaddejja li gibu l-‘marka’, is-‘sinjal’ u is-‘sigill’ fuq gbinhom. It-“taw” huwa marbut mal-helsien u l-fidwa.
Barra minn dan it-tifsir it-“taw” ghandu dimensjoni simbolika ohra dik numerika. Marbuta ma’ l-ittri ta’ l-alfabet lhudi hemm ghadd ta’ tifsiriet, fost dawn hemm it-tifsir tan-numri. L-ittra “taw” kienet tintuza biex tindika in-numru 300, tliet mija. Dan in-numru ghandu valur u tifsir kbir. 300 jfisser 100 ghal tlett darbiet, u 100 huwa 10 ghal ghaxar darbiet, li jfisser l-aktar numru perfett.
Dan in-numru ta’ 300, li kif ghedna jigi uzat permezz ta’ l-ittra Taw insibu diversi drabi fil-Bibbja. Per ezampju fir-rakkont ta’ l-Arka ta’ Noè. Meta l-Mulej tah il-qisien ta’ l-arka li permezz taghha u l-familja tieghu kellhom jinhelsu mill-qerda tad-dulluvju qallu: “Ghandek taghmilha hekk: tliet mitt driegh tul, hamsin driegh wisa` u tletin driegh gholi…” (Gen 6:15). Hekk ukoll fil-Ktieb ta’ l-iMhallfin, il-Mulej ried li Gidghon jiehu mieghu tliet mitt ragel. “u l-Mulej qal lil Gidghon, ‘bit-tliet mitt ragel li laghqu l-ilma, jiena nsalvakom…” (Mh 7:7). U hekk kien il-Mulej salva lil Gidghon u lill-poplu tieghu mill-Midjanin. Ninnutaw li hawn ukoll it-“taw” f’din ir-rabta simbolika man-numru 300 ghandha tifsir ta’ helsien u fidwa.
It-Taw sinjal tas-salib ta’ Kristu
Fl-ittra hekk imsejha ta’ Barnaba, miktuba fil-bidu ta’ l-ewwel zminijiet kristjani nsibu ghall-ewwel draba l-affermazzjoni li t-“taw” tirrapprezenta s-salib ta’ Kristu. Aktar tard insibu lil San Glormu li jghid: “Permezz tat- “taw” huma mmarkati dawk li jgorru s-sinjal tas-salib fuq gbinhom u f’qalbhom u dawk kollha li jemmnu li bil-passjoni ta’ Kristu huma mehlusa”. Sal-gurnata ta’ llum fuq il-hitan tal-katakombi nsibu ghadd ta’ xhieda ikonografika tat-“taw” hdejn l-ismijiet tal-martri.
Matul iz-zminijiet tan-Nofs id-duttrina tat-“taw” bhala sinjal ta’ helsien baqghet hajja permezz ta’ Isidoro di Siviglia. Fosti x-xogholijiet tieghu nsibu ‘l-hekk imsejha “Allegorie”, li kienu volumi ta’ taghlim li aktar tard intuzaw fil-predikazjoni tal-medjuevu. Dawn il-volumi jergghu jduru ghall-kuncett tat-tifsir numeriku tat-“taw”, “Il-numru tliet mija jinsab fit-“taw”, li permezz tieghu tigi murija id-dehra tas-salib”.
It-Taw sinjal ta’ konverzjoni
Fis-sekli XII u XIII inghata aktar enfasi fuq l-ideja tat-“taw” bhala “sinjal” ta’ konverzjoni. It-test ta’ monaku Benedettin “liber de poenitentia” jzomm li wiehed jista’ jikseb il-mahfra minghand Alla, kull darba li l-bniedem, konxju mill-htijietu idawwar qalbu lejH. Dan it-test huwa ezempju li juri l-hsieb ta’ dak iz-zmien. “O bniedem, idhol gewwa darek u haffer hofra fil-hajt u ara l-gharukazijiet li jaghmlu l-bnedmin. Haffer hofra ohra u erga’ haffer it-tielet hofra fil-hajt, kif kien ordnat jaghmel il-profeta Ezekjel (ara Ezek 8). Haffer hofra fil-hitan tal-hsibijiet, tal-kliem, ta’ l-ghemejjel tieghek u ahseb fuq dak kollu li dnibt kontrihom. Wara li tkun intbaht li dnibt gravament fuq dawn kollha, hu fuqek it-“taw”, li huwa s-sinjal ta’ dawk li jitniehdu u jitbekkew. It-“taw” huwa figura tas-salib, u is-Salib huwa t-tbatija. Imita, ja bniedem, l-passjoni ta’ Kristu u wetteq f’gismek dak kollu li jonqos fil-passjoni ta’ Kristu u dak il-ragel liebes l-ghazel, li kellu l-mehtieg ghall-kitba fuq genbu malli jara l-makra “TAW” fuq gbinek, jghaddi minghajr ma jaghmillek hsara”.
Xhieda ohra ta’ mportanza dwar is-sinjal tat-“taw” huwa bla dubbju dak tal-Papa Innocenz III. Dan il-Papa fost ohrajn qal: “Sehh bi providenza divina mela, mhux b’xi rieda jew zelu tal-bniedem li l-Canone Romano (It-talba Ewkaristika tal-Quddiesa bil-latin) jibda bl-ittra “T” (Te igitur clementissime Pater…), li fil-forma u fil-figura turi u tesprimi s-sinjal tas-Salib, ghaliex il-Mulej permezz tal-profeta mmarka s-sinjal tat-“taw” fuq gbin dawk li kienu jitniehdu u jitbikkew”.
It-Taw u San Frangisk
U hekk mal-Papa Innocenz III naslu ghal San Frangisk. Nafu li l-Fqajjar ta’ Assisi kellu ghal qalbu dan is-sinjal tat-“taw” li kontinwament kien ifakkru fis-salib ta’ Kristu.
Fit-tieni kapitlu tat-Trattato dei Miracoli ta’ Tomaso da Celano nsibu miktub: “ghal Frangisku l-ittra “taw” kienet familjari aktar mill-ittri l-ohra, biha kien jiffirma l-biljetti li kien jikteb u biha kien isebbah il-hitan tac-celel fejn kien jghix. (3Cel 3) San Bonaventura jghidilna li permezz tas-sinjal tat-“taw” Frangisku kien jibda kull ma jaghmel (LegM 2:9). Bhal dubbju dak li jikkonferma dan kollu hija x-xhieda li nsibu fuq il-parcmina, mizmuma b’tant ghozza mill-Frangiskani Konventwali fil-kappella tar-relikwi li hemm fis-Sacro Convento f’Assisi. Din il-parcmina fuq naha fiha t-talba ta’ Tifhir lil Alla u fuq l-ohra il-barka lil Frate Leone miktubin b’id San Frangisk stess. Fuq dan id-dokument hemm il-firma ta’ Frangisku li hija proprju it-“taw”.
Firma ta' San Franġisk, fuq il-barka li jibgħat il-Frate Leone, miżmuma fil-Kappella tar-relikwi fil-Bażilika ta' San Franġisk ġewwa Assisi
San Bonaventura jikteb dwar ir-rabta ta’ San Frangisk mal-profeta Ezekjel u mal-vizzjoni ta’ l-Apokalissi li semmejna fil-bidu. Fil-prologu tal-Legenda Maior, Bonaventura jghidilna dwar “il-ministeru afdat lil Frangisku mis-sema biex jsejjah lill-bnedmin ghall-indiema u “biex jimmarka bis-sinjal tat-“taw” il-gbin ta’ dawk li jitniehdu u jitbikkew (Ezek (9:4)”.
Rajna kif San Frangisk kien jiffirma bis-sinjal tat-“taw” u dan is-sinjal sar is-simbolu spiritwali tieghu. Imma wiehed jistaqsi: minn fejn jew kif nibet dan il-hsieb fil-mohh u l-qalb ta’ Frangisku?
Fi zmien san Frangisk kien hemm ghadd ta’ ordnijiet li kienu jiehdu hsieb dawk mikdudin bil-marda tal-gdiem, Fost dawn l-Ordine Ospitaliero degli Antonini. Il-fundatur stess ta’ dawn il-fratelli, Sant’Antnin l-Eremita, kien dejjem igorr mieghu bastun li fil-parti ta’ fuq kien jispicca b’forma ta’ “taw”. Frangiskui nafu mill-Legenda maior 3:9 waqaf f’wiehed minn dawn il-postijiet waqt il-vjagg tieghu lejn Ruma fl-1209. Jinghad li meta kien f’dan il-post tal-lebbruzi Frangisku lemah dan is-sinjal tat-“taw”. Jinghad ukoll li Frangisku dlonk ra dan is-sinjal fid-dawl ta’ dak li kiteb Isaija dwar il-Qaddej tal-Mulej li kien bhal “wiehed li n-nies jahbu wicchom minnu” (Isaija 53:4). Frangisku xebbah lil Kristu u lil-lebbruz u rabathom flimkien b’dan is-sinjal tat-“taw”.
It-“taw” ghal San Frangisk akkwista tifsira li tmur ‘l hinn minn kull interpretazzjoni ohra. Nafu li ‘l-imgiddem” kellu sehem fil-konverzjoni ta’ Frangisku. Kif jirrakkonta huwa stess fit-Testment: “Il-Mulej ta’ lili, Fra Frangisk, il-grazzja li nibda naghmel penitenza hekk: ghaliex billi jiena kont inghix fid-dnub id-dehra ta’ l-imgiddmin kienet ghalija wisq ta’ min jistmerrha, izda l-Mulej innifsu mexxini f’nofshom u jien wrejt hniena maghhom u wara li qdejt dmiri lejhom, dak li qabel deherli li hu morr, inbidel ghalija fi hlewwa ghar-ruh u ghall-gisem. Imbaghad qghadt ftit u hallejt id-dinja. (Test 1-3). Mill-Fjuretti nafu li Frangisku mhux biss kien iservi lil imgiddmin bil-qalb imma wkoll kien jordna lill-patrijiet ta’ l-Ordni tieghu biex kull fejn ikunu “jaqdu lill-imgiddmin ghall-imhabba ta’ Kristu, li ghalina sar huwa wkoll imgiddem” (Fior 25).
Ghalhekk ghal San Frangisk it-“taw” huwa sinjal ta’ penitenza mifhum bhala konverzjoni, u sinjal li jesprimi wkoll il-ferh tas-salvazzjoni. Ghal Frangisku it-“taw” huwa sinjal li jindentifikah mas-salib ta’ Kristu. L-istess l-ilbies li gar fuqu kienet it-tonka forma ta’ “taw”, li nistgghu narawha fil-kappella tar-relikwi fis-Sacro Convento
It-“taw” immarka l-mixja ta’ san Frangisk kollha kemm hi, minn l-laqgha mal-lebbruz fin-nahat ta’ Rivotorto, ghall-esperjenza quddiem is-salib ta’ san Damiano, tul il-via crucis kollha tieghu li waslitu fuq l-gholja ta’ La Verna fejn kien immarkat mhux biss bil-“marka”fuq gbinu, imma wkoll bil-marki tal-passjoni fuq gismu.