O Ġesu, Ragħaj tal-erwieħ,
int li sejjaħt lill-Appostli biex ikunu
sajjieda tal-bnedmin,
agħmel li aħna nqisu bħala don tassew kbir
il-vokazzjoni tagħna
u nixhdu għaliha quddiem iż-żgħażagħ ta’ żmienna.
Ħares lejn il-ħtiġijiet tal-Provinċja
Franġiskana tagħna u lejn il-missjoni
li qiegħda tagħmel fil-Knisja tiegħek.
Nissel fina l-ħeġġa li naħdmu
biex ikollna dejjem vokazzjonijiet ġodda.
Ngħinu liż-żgħażagħ fit-tiftix tas-sejħa reliġjuża
u jilqgħu l-istedina tal-Mulej,
biex isiru ħaddiema fil-għalqa tal-Mulej.
O Marija Immakulata, Patruna tal-Ordni tagħna,
itlob għalina.
San Pawl Missierna
idħol għalina. Ammen.