Il-Barka lil Frate Leone

Il-Knisja fil-Bidu ta' sena ġdida tawguralna bil-barka meħuda mill-Kotba Mqaddsa. Din il-barka kienet għall-qalb San Franġisk t' Assisi u wisq probabli iżjed għal Frate Leone. 
 

Min kien Frate Leone?

Frate Leone, saċerdot kolt, kien wieħed mill-ewlenin dixxipli ta’ San Franġisk (filfatt huwa midfun maġenb il-Qaddis). Franġisku ried lil dan il-patri bħala l-konfessur u s-segretarju tiegħu, tant li huwa wieħed mill-protagonisti l-aktar importanti f’ħafna ġrajjiet fil-ħajja ta’ San Franġisk. Frate Leone huwa mfaħħar minn Franġisku għal żewġ virtujiet partikulari; is-sempliċita’ u s-safa tal-qalb, tant li jiġi mlaqqam mill-Qaddis bħala: “in-nagħġa ta’ Alla”. Lilu San Franġisk spjega xi jfisser il-ferħ veru u perfett (perfecta laetitia), lilu ried qribu meta kiteb ir-regola l-ġdida, u , wara li rċieva l-pjagi fuq l-għolja ta La Verna, ħalla lil Fra Leone jmiss b’idejh il-pjagi. Xhieda ta’ din ir-rabta profonda bejn Franġisku u Leone, huwa l-manuskritt tal-Barka li Fra Franġisk ddedika lil Fra Leone, ittra li l-Qaddis kiteb lil dan il-patri umli, f’mument ta’ skuraġġiment li għadda minnu dan il-patri.
 

Il-Barka lil Fra Leone hija bla dubju ta xejn waħda mill-iktar relikwi importanti li nsibu fil-Bażilika ta’ San Franġisk t’Assisi. Hija filfatt skirittura originali tal-Qaddis Assisan. Wisq probabbli inkitbet wara li Franġisku rċieva il-pjagi. Fuq naħa nsibu it-Tifħir lil Alla l-Għoli u fuq in-naħa l-oħra il-barka. Huwa viżibli wkoll it-Tau, is-simbolu forma ta’ T li Franġisku kien jiffirma bih.

Il-Barka tgħid hekk: 

Il-Mulej ibierkek u jħarsek.
Jurik is-sebħ ta’ wiċċu
u jkollu ħniena minnek.
Idawwar ħarstu fuqek 
u jagħtik is-sliem.
 
Il-Mulej ibierkek, fra Leone.

 

Benedicat tibi Dominus et custodiat te,
ostendat faciem suam tibi et misereatur
tui convertat vultum suum ad te
et det tibi pacem
Dominus benedicat frater Leo, te
Benedicat, benedicat,
benedicat tibi Dominus

et custodiat te Frater Leo, te